Formula 1
Formula 1: Lando Norris ippreżentat bħala sewwieq ġdid mal-Mc Laren

Formula 1: Hekk kif il-kampjonat ta’ din is-sena jinsab fl-aqwa tiegħu it-team Mc Laren ippreżenta uffiċjalment lis-sewwieq Lando Norris li se jkun qed jidebutta minn staġun ieħor mat-team. Norris ta’ 18 -il sena se jkun l-iżgħar sewwieq Brittaniku li qatt ikun idebutta fil-Formula 1.

Lando Norris se jkun qed jieħu post is-sewwieq Belġjan Stoffel Vandoorne u se jkun qed jingħaqad mas-sewwieq Spanjol Carlos Sainz f’line up kompletament ġdid għall-istaġun 2019.

Norris kien rebaħ il-Mc Laren BRDC young driver award sabiex it-team principal tal-Mc Laren Zak Brown offrielu kuntratt professjonali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-bidu eċċezzjonali li kellhom il-Mercedes f’dan l-istaġun tal-Formula 1 mhuwiex biżżejjed sabiex jikkonvinċi lil Lewis Hamilton li għal darb’oħra t-tim Ġermaniż jista’ jirbaħ il-kampjonat tal-kostrutturi. Skont il-Brittaniku, l-istaġun għadu fil-bidu…

Formula 1

Il-Brittaniku tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina li sar f’Shangai dalgħodu, Grand Prix li kien l-elf wieħed fl-istorja tal-Formula 1. Hamilton qabeż lil Bottas li kellu l-Pole u qatt…

Formula 1

Charles Leclerc rebaħ l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu fl-età ta’ 21 sena u 166 ġurnata meta fuq iċ-ċirkwit ta’ Bahrain issorprenda bil-karozza Ferrari. L-Iscuderia kienu b’saħħithom mill-provi tal-bieraħ, b’Leclerc ikun…

Formula 1

Formula 1: Hekk kif nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Bahrain it-tieni wieħed tal-istaġun kien hemm provi sodisfaċenti għat-team Ferrari. Filfatt fil-provi tal-ġimgħa kien Sebastian Vettel li rreġistra l-aħjar ħin quddiem…

Aktar