Formula 1
Formula 1: Leclerc u Vettel ser jitħallew jikkompetu kontra xulxin

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun.

Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc bħala wieħed eċċellenti u li fl-istaġun li ġej ser jitħalla liberu sabiex jikkompeti kontra Vettel. Fl-ewwel staġun tiegħu bħala t-tieni sewwieq tal-Ferrari Leclerc irnexxielu jispiċċa qabel Vettel fil-klassifika finali tas-sewwiqa.

Fil-bidu tal-istaġun Binotto qal li f’sitwazzjonijiet 50-50 Vettel kien se jingħata prijorita’ minħabba l-esperjenza li kellu iżda din is-sitwazzjoni nbidlet matul l-istaġun. Fi tmiem it-tellieqa f’Abu Dhabi fejn għal darb’oħra Leclerc spiċċa fuq il-podium, il-prinċipal tal-Ferrari tkellem kif fil-bidu tal-istaġun l-Ferrari kellhom sewwieq ġdid għall-Formula 1 u ieħor bl-eperjenza. Binotto li b’hekk temm l-ewwel staġun tiegħu f’Maranello faħħar lil Leclerc u ammetta li ssorperenda lil kulħadd bl-abbiltajitet tiegħu bħala sewwieq tal-Formula 1.

Minkejja li l-istaġun ta’ Ferrari jista’ jitiqies bħala wieħed pożittiv meta mqabbel ma’ staġuni preċedenti, Binotto kompla li t-tim wettaq xi żbalji li swewh qares f’xi tlielaq. Il-Ferrari mistennija jużaw dan il-perjodu sabiex itejbu l-karozza tagħhom biex tkun aktar kompetittiva għall-istaġun li ġej

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

George Russell rebaħ it-tieni tellieqa virtwali tiegħu meta f’Monaco ħareġ rebbieħ quddiem Esteban Gutierrez u Charles Leclerc. Wara li Russell rebaħ il-pole position fix-xita, it-tellieqa bdiet b’diversi ħbit tal-karozzi, li…

Formula 1

It-timijiet tal-Formula 1 qablu dwar pakkett li se jkun qed inaqqas l-ispejjeż tagħhom sakemm id-dinja toħroġ mill-pandemija tal-coronavirus. Il-kostrutturi aċċettaw pjan biex inaqqsu l-budget tagħhom mix-xahar id-dieħel. Il-pjan ta’ tnaqqis…

Formula 1

L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1, Jenson Button, qal li jinsab sorpriż ħafna u xxukkjat li Sebastian Vettel mhux se jsuq aktar mal-Ferrari. Button qal li hi ġennata sħiħa jekk Vetttel…

Formula 1

Fernando Alonso jinsab lest biex jirritorna fil-Formula 1 mill-2021. Dan qalu l-Main Adviser tiegħu Flavio Briatore. Is-sit Ingliż tal-BBC qed jirraporta li s-sewwieq Spanjol ta’ 38 sena kellu diskussjonijiet ma’…

Aktar