Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton bl-aħjar ħin u jirbaħ il-95 Pole Position tal-karriera

Lewis Hamilton għamel l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali tal-lum u għada se jkun qed jitlaq mill-ewwel post tal-Grand Prix ta’ Mugello.

Għal Hamilton din se tkun il-95 Pole tal-karriera.

Hu għamel l-aħhar dawra f’ħin ta’ minuta, 15-il sekonda punt 144.

Bottas temm punt 0059 sekonda warajh b’Max Verstappen li se jkun qed jitlaq mit-tielet post u Alex Albon fuq Red Bull mir-raba’ post.

L-ewwel karozza tal-Ferrari se titlaq mill-ħames post u din se tkun ta’ Charles Leclerc.

Din se tkun l-1,000 Grand Prix għall-Ferrari fl-Istorja tal-Formula 1.

Mis-sitt post jitlaq Sergio Perez fuq Racing Point.

Miktub minn...
TVM Sport