Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton jirbaħ il-100 Grand Prix tal-karriera f’Sochi

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tar-Russja li saret illum f’Sochi.

Din kienet il-100 rebħa għal Hamilton fil-karriera tiegħu.

Minkejja li telaq mill-aħħar post, Max Verstappen irnexxielu jidħol fit-tieni post, b’Carlos Sainz li kkompleta l-ewwel tliet postijiet tal-podju.

Lando Norris ta’ McLaren li telaq mill-Pole Position kellu tmiem deludenti meta daħal fis-seba’ post.

Fir-raba’ post daħal Daniel Ricciardo, fil-ħames post Valtterri Bottas u fis-sitt post Fernando Alonso.

Miktub minn...
TVM Sport