Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton jirbaħ il-Grand Prix tal-Portugall

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Algarve, fil-Portugall u kompla żied il-vantaġġ li għandu f’ras il-klassifika.

Hamilton qabeż lejn l-aħħar lil Max Verstappen u lil sieħbu stess ral-Mercedes Valtteri Bottas biex għamel ċert minn din ir-rebħa.

L-Ingliż rebaħ b’mod komdu għalkemm mal-ftuħ tat-tellieqa mar fit-tielet post wara l-karozza tar-Red Bull wara Safety Car Restart.

Iżda mal-ewwel dawra, Hamilton qabeż lil Verstappen u baqa’ sejjer sal-ewwel post biex rebaħ it-tellieqa.

Fit-tieni post daħal Max Verstappen fuq Red Bull; fit-tielet post Vallterri Bottas fuq Mercedes u fir-raba’ post Sergio Perez fuq Red Bull.

Miktub minn...
TVM Sport