Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton jirbaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Monza u jikser ir-rekord ta’ kull żmien

Formula 1: Il-Brittaniku Lewis Hamilton illum mhux biss rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix li se jsir għada f’Monza l-Italja iżda wkoll kiser ir-rekord taċ-ċirkwit u r-rekord ukoll tal-iktar lap veloċi fl-istorja tal-Formula 1.

Hamilton għada se jkun qed jibda fl-ewwel filliera ma’ Bottas f’dak li qed jiġi antiċipat bħala Grand Prix ieħor dominat mill-Mercedes.

Carlos Sainz fuq McLaren irreġistra t-tielet l-aħjar ħin u se jibda mit-tieni filliera flimkien ma’ Sergio Perez fuq Racing Point.

Diżappunt għall-Ferrari li ebda karozza minn tagħhom m’għamlitha mal-ewwel għaxra.

Il-Grand prix ta’ għada jibda fit-3.10pm ħin loklai.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

F1: Grand Prix ta’ Mugello fl-Italja, Grand Prix mimli emozzjonijiet, aċċidenti u żewġ red flags rarita’ fil-Formula 1. Kien il-Brittaniku Lewis Hamilton li rebaħ sabiex patta bil-kbir għad-diżappunt ta’ ġimgħa…

Lewis Hamilton għamel l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali tal-lum u għada se jkun qed jitlaq mill-ewwel post tal-Grand Prix ta’ Mugello. Għal Hamilton din se tkun il-95 Pole tal-karriera. Hu għamel…

Il-Messikan Sergio Perez se jkun qed jitlaq lil Racing Point fl-aħħar tal-istaġun. Din l-aħbar taha s-sewwieq stess u t-tim tiegħu. L-erba’ darbiet Champion tad-Dinja Sebastian Vettel se jkun qed jieħu…

Pierre Gasly rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret illum f’Monza fl-Italja Din kienet sorpriża kbira għall-isport tal-Formula 1 u għall-kostrutturi Alpha Tauri li wara inċident li kien hemm wara s-27…

Aktar