Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton jirbaħ l-aħħar Grand Prix tal-istaġun f’Abu Dhabi

Is-sitt darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton għalaq staġun mill-aqwa meta mingħajr wisq problema rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Abu Dhabi.

Din kienet il-250 Grand Prix ta’ Hamilton.

Is-sewwieq ta’ 34 sena telaq mill-ewwel post u baqa’ konsistenti fl-ewwel post sal-aħħar.

Is-sewwieq ta’ Red Bull, l-Olandiż Max Verstappen daħal fit-tieni post, 16.7 sekondi wara l-Ingliż.

Charles leclerc ta’ Ferrari daħal fit-tielet post iżda jinsab fil-periklu li jiġi skwalifikat minħabba rregolarità li wettaq.

Valtteri Bottas daħal fir-raba’ post fuq Mercedes, b’Sebastian Vettel fil-ħames post.

Din kienet l-84 rebħa fil-karriera ta’ Hamilton u l-11-il waħda tal-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Formula 1

Mattia Binotto qal li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk Lewis Hamilton huwiex ser ikun mal-Ferrari fl-2021. Jidher li wara l-aħħar tellieqa tal-istaġun 2019 f’Abu Dhabi, id-diskors kien kollu…

Formula 1

Matul tmien din il-ġimgħa ser isir l-aħħar Grand Prix tal-2019 f’Abu Dhabi. Il-kampjonat diġa’ ntrebaħ minn Lewis Hamilton tal-Mercedes, u Valtteri Bottas huwa ċert li ser jispiċċa fit-tieni post. It-taqtiegħa…

Formula 1

Iċ-Champion tad-Dinja tal-Formula 1 Lewis Hamilton qiegħed jagħmel minn kollox sabiex jibqa’ kemm jista’ jkun kompetittiv fl-istaġuni li ġejjin. Dan wara li l-bieraħ fil-Grand Prix tal-Brażil il-podium kien iddominat minn…

Aktar