Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton kunfidenti dwar ftehim ta’ kuntratt ġdid ma’ Mercedes

Iċ-Champion tad-Dinja Lewis Hamilton jinsab kunfidenti li jilħaq ftehim għall-kuntratt ġdid ma’ Mercedes.

Hamilton ta’ 35 sena, rebaħ is-seba’ titlu mondjali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fit-Turkija biex laħaq ir-rekord ta’ Michael Schumacher.

Madankollu, il-kuntratt li għandu ma’ Mercedes jiskadi fi tmiem is-sena, li jfisser li potenzjalment fadallu tliet Grand Prix’s biss x’isuq magħhom.

Mal-media, Hamilton qal li jħoss li għad fadallu ħafna aktar x’jagħti u x’jirbaħ ma’ Mercedes jekk jintlaħaq ftehim ġdid bejn iż-żewġ partijiet.

Miktub minn...
TVM Sport