Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton mistenni jkun sewwieq tal-Ferrari fl-2021

Mattia Binotto qal li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk Lewis Hamilton huwiex ser ikun mal-Ferrari fl-2021. Jidher li wara l-aħħar tellieqa tal-istaġun 2019 f’Abu Dhabi, id-diskors kien kollu dwar jekk Hamilton hux ser jagħmel staġun ieħor mal-Mercedes imbagħad imur mal-Ferrari.

Jidher li Lewis Hamilton ma ċaħadx li fl-aħħar jiem iltaqa’ maċ-chairman tal-Ferrari John Elkann dwar din il-possibbiltà. Meta mistoqsi dwar dan, Hamilton qal li mhux se joqgħod jitkellem dwar dak li jseħħ wara l-bibien magħluqa. Il-ħsieb li Hamilton jista’ jingħaqad mal-Ferrari qiegħed ikompli jikber għaliex Vettel wasal għall-aħħar sena tal-kuntratt mal-iscuderia, u t-tim Taljan qiegħed jikkunsidra bis-serjetà li għall-istaġun tal-2021 ikollu lil Leclerc u Hamilton bħala sewwieqa.

Għal Leclerc, il-fatt li jista’ jkun fl-istess tim ma’ Hamilton mhijiex tinkwetah, għax skontu tgħallem ħafna mingħand Vettel matul dan l-istaġun. Forsi huwa minnu li għadu kmieni biex wieħed jispekula jekk Hamilton hux se jkun mal-Ferrari jew le fl-2021, imma Toto Wolff diġa’ qal lil La Gazzetta dello Sport li probabbilment hemm 75% ċans li l-Brittaniku jkun mat-tim Taljan wara li jintemm l-istaġun li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Ferrari Louis Camilleri, iċ-chairman John Elkann iltaqa’ mas-sewwieq Lewis Hamilton u għalkemm diġa’ tkellmu dwar li l-Brittaniku jingħaqad mal-Iscuderia, dawn it-taħdidiet għadhom prematuri. Skont rapporti mill-media Taljana,…

Moto GP

Fit-trakka ta’ Valencia ċ-Champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton u l-leġġenda tal-MotoGP Valentino Rossi partu l-irwol tagħhom . Għall-ewwel darba Lewis Hamilton saq il-mutur tas-seba’ darbiet Champion tal-MotoGP filwaqt li għal…

Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Formula 1

Is-sitt darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton għalaq staġun mill-aqwa meta mingħajr wisq problema rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Abu Dhabi. Din kienet il-250 Grand Prix ta’ Hamilton. Is-sewwieq ta’…

Aktar