Formula 1
Formula 1: Lewis Hamilton u l-Mercedes jiddominaw it-tieni Grand Prix tal-istaġun

Lewis Hamilton rebaħ it-tieni Grand Prix tal-istaġun f’dominju assolut meta telaq mill-Pole Position u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar.

Hamilton għamel ħin ta’ 1.22.50.683.

It-tieni Grand Prix tal-istaġun saret fiċ-ċirkwit Red Bull Ring ta’ Styrian.

Il-Mercedes komplew jiddominaw hekk kif Valterri Bottas temm fit-tieni wara l-kollega tiegħu.

Inċident sfortunat bejn iż-żewġ karozzi tal-Ferrari ta’ Sebastian Vettel u Charles LeClerc fil-bidu tat-tellieqa kompla għamel it-triq faċli għall-karozzi tal-Mercedes.

Iż-żewġ karozzi tal-Ferrari kellhom jirtiraw.

Fit-tielet post spiċċa Max Verstappen ta’ Red Bull.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Formula 1

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku…

Formula 1

Formula 1: Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton u leader tal-klassifika tas-sewwiqa sa issa dan l-istaġun kiseb it-tielet pole position f’dan l-istaġun fil-Grand Prix tar-Renju Unit li se jsir għada fuq iċ-ċirkwit…

Formula 1

It-tim tal-Formula 1 Racing Point ħabbru li s-sewwieq tagħhom Sergio Perez mhuwiex ser jieħu sehem fil-Grand Prix tal-Ingilterra li ser isir fi tmiem din il-ġimgħa. Perez u xi mekkaniċi mit-tim…

Aktar