Formula 1
Formula 1: Max Verstappen isir l-ewwel sewwieq li mhux tal-Mercedes li rebaħ Grand Prix fl-2020

Max Verstappen sar l-ewwel sewwieq li mhux tal-Mercedes li rebaħ Grand Prix fl-2020.

Is-sewwieq ta’ Red Bull rebaħ fiċ-ċirkwiet ta’ 70th Anniversary u kien segwiet minn Lewis Hamilton u Valtteri Bottas.

Vestrappen kien l-ewwel sewwieq mill-ewwel 10 li beda t-tellieqa fuq tyres ibsien.

Hamilton qabeż mit-tielet post għat-tieni post żewġ dawriet mit-tmiem biex temm f’din il-pożizzjoni.

B’dan il-podju, Hamilton laħaq lil-leġġenda Michael Schumacher dwar it-total ta’ kemm-il darba spiċċa mal-ewwel tlieta fil-karriera tiegħu.

Charles Leclerc fuq Ferrari daħal fir-raba’ post filwaqt li sieħbu Sebastian Vettel daħal fit-12-il post.

Fil-ħames post daħal Albon fuq karozza Red Bull.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Formula Wieħed. Is-sewwieq Ingliż Lewis Hamilton kiseb is-96 pole position tal-karriera tiegħu fil-Grand Prix tar-Russja sabiex poġġa lil Mercedes fuq quddiem. Fit-tieni post spiċċa s-sewwieq tar-Red Bull Max Verstappen filwaqt…

CEO ġdid fil-Formula 1 qabel jibda l-istaġun 2021. Skont rapporti li ħerġin minn diversi sorsi sportivi, jidher li l-ex prinċipal tal-Ferrari Stefano Domenicali ser ikun qed jieħu post Chase Carey…

F1: Grand Prix ta’ Mugello fl-Italja, Grand Prix mimli emozzjonijiet, aċċidenti u żewġ red flags rarita’ fil-Formula 1. Kien il-Brittaniku Lewis Hamilton li rebaħ sabiex patta bil-kbir għad-diżappunt ta’ ġimgħa…

Lewis Hamilton għamel l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali tal-lum u għada se jkun qed jitlaq mill-ewwel post tal-Grand Prix ta’ Mugello. Għal Hamilton din se tkun il-95 Pole tal-karriera. Hu għamel…

Aktar