Formula 1
Formula 1: Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix f’Emilia Romagna

Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Emilia Romagna, f’Imola.

L-Olandiż kellu Grand Prix mill-aqwa anki jekk beda mit-tielet post fejn beda billi qabeż lil Lewis Hamilton mal-ewwel dawra.

Verstappen ġie xi ftit taħt pressjoni mir-rivali tiegħu ta’ Mercedes iżda indeċiżjoni fis-sewqan li kellu ċ-Champion tad-Dinja, poġġietu fit-tieni post biex eventwalment kellha tkun il-pożizzjoni finali.

Fit-tielet post wara Verstappen u Hamilton daħal Lando Norris fuq McLaren biex Charles Leclerc u Carlo Sainz, it-tnejn fuq Ferrari, daħlu fir-raba’ u l-ħames post, rispettivament.

Miktub minn...
TVM Sport