Formula 1
Formula 1: Miami tiddaħħal fil-kalendarju mis-sena d-dieħla

Mis-sena d-dieħla, il-belt ta’ Miami se tkun qed tiddaħħal fil-kalendarju tal-Formula 1 bħalha tappa ġdida.

Din it-tappa se tkun qed issir għall-10 snin li ġejjin wara ftehim li sar bejn il-Formula 1 u l-belt fl-Istati Uniti.

Iċ-ċirkwiet se jkun mad-dawra tal-istadium Hard Rock f’Miami Gardens, l-istess stadium tat-tim tal-NFL, Miami Dolphins.

Il-Grand Prix ta’ Miami se tibda tkun skedata lejn nofs l-istaġun, bil-Grand Prix l-oħra ta’ Austin f’Texas li ssir lejn l-aħħar tal-istaġun.

 

Miktub minn...
TVM Sport