Formula 1
Formula 1: Mira għal kalendarju ġdid b’inqas Grand Prix
Staġun ta' bejn 15 u 18-il tellieqa

Chase Carey, iċ-chief executive tal-Formula 1, qal li qed jimmiraw li l-kalendarju tal-istaġun il-ġdid jitnaqqas għal bejn 15 u 18-il tellieqa minn 22 tappa.

Carey qal li s-sitwazzjoni preżenti fejn id-dinja ntlaqtet mill-COVID-19 se tagħti ċ-ċans lill-uffiċjali biex ikomplu jevolvu f’dan l-isport, jesperimentaw aktar u jippruvaw affarijiet ġodda.

Il-Grand Prix tal-Ażerbajġan, ilbieraħ saret l-aħħar tappa li pposponiet l-avveniment tagħha minħabba l-coronavirus.

L-organizzaturi tal-Grand Prix ta’ Baku qalu li pposponew l-avveniment tagħhom li kien skedat fis-7 ta’ Ġunju minħabba s-sigurtàta’ kulħadd.

Il-Grand Prix tal-Ażerbajġan kienet it-tmien waħda li ġeit posposta għal dan l-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

L-erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Sebastian Vettel irrikonoxxha li l-karriera tiegħu se tintemm hekk kif jintemm l-istaġun. Il-Ġermaniż se jkun qed isuq għall-aħħar sena mal-Ferrari bis-sewwieq Carlos Sainz li…

Formula 1

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-istaġun tal-Formula 1, is-sewwieqa jidher li qed jiftehmu bejniethom dwar x’tip ta’ azzjoni għandhom jagħmlu biex jibgħatu messaġġ kontra r-razziżmu. Is-sewwieq tal-McLaren Lando Norris…

Formula 1

Fil-Formula 1 kollox lest sabiex sa fl-aħħar jiżannżu l-magni dan l-istaġun bil-ftuħ tal-kampjonat 2020. Fi tmiem il-ġimgħa jsir l-ewwel Grand Prix fl-Awstrija fir-Red Bull Ring li se jkun qed jospita…

Formula 1

Is-sewwieq tal-Formula 1 Lewis Hamilton, attenda l-protesta li organizza l-grupp tal-Black Lives Matter, u li saret f’Hyde Park, f’Londra, ilbieraħ. Hamilton ta parir lil min qed imexxi l-grupp biex jibqgħu…

Aktar