Formula 1
Formula 1: Nhar il-Ħadd li ġej issir l-aħħar tellieqa tal-istaġun

Matul tmien din il-ġimgħa ser isir l-aħħar Grand Prix tal-2019 f’Abu Dhabi. Il-kampjonat diġa’ ntrebaħ minn Lewis Hamilton tal-Mercedes, u Valtteri Bottas huwa ċert li ser jispiċċa fit-tieni post. It-taqtiegħa għat-tielet post tkompli bejn Max Verstappen u Charles Leclerc, filwaqt li s-sewwieq tal-Ferrari l-ieħor Sebastien Vettel jittama li forsi jtemm staġun diżappuntanti billi jaqbeż lil sieħbu tal-istess tim fil-klassifika tas-sewwieqa.

Is-sitwazzjoni tas-sewwieqa tal-Ferrari xejn ma’ kienet sodisfaċenti wara t-tellieqa t’Interlagos fil-Brażil u dan wara li ħabtu flimkien u spiċċaw inqalgħu u ma’ ħadu l-ebda punti. Filwaqt li Vettel ma kienx preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ħamis minħabba li wasal tard f’Abu Dhabi wara t-twelid tat-tielet tarbija tiegħu, Charles Leclerc għamilha ċara li wara t-tellieqa tal-Brażil flimkien mal-Ġermaniż waslu għal ftehim li ser jibdew jagħtu aktar spazju lil xulxin meta jkunu qegħdin isuqu.

Il-Ferrari huma ċerti mit-tieni post fil-kampjonat tal-kostrutturi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Ferrari ġeddew il-kuntratt tas-sewwieq Charles Leclerc għal ħames snin oħra biex issa se jispiċċa minn magħhom fis-sena 2024. Dan tħabbar mill-Ferrari stess. Is-sewwieq ta’ 22 sena rebaħ żewġt itlielaq f’din…

Formula 1

Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Ferrari Louis Camilleri, iċ-chairman John Elkann iltaqa’ mas-sewwieq Lewis Hamilton u għalkemm diġa’ tkellmu dwar li l-Brittaniku jingħaqad mal-Iscuderia, dawn it-taħdidiet għadhom prematuri. Skont rapporti mill-media Taljana,…

Moto GP

Fit-trakka ta’ Valencia ċ-Champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton u l-leġġenda tal-MotoGP Valentino Rossi partu l-irwol tagħhom . Għall-ewwel darba Lewis Hamilton saq il-mutur tas-seba’ darbiet Champion tal-MotoGP filwaqt li għal…

Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Aktar