Formula 1
Formula 1: Nico Hulkenberg jingħaqad ma’ Aston Martin bħala t-tielet s-sewwieq

Nico Hulkenberg ingħaqad ma’ Aston Martin bħala t-tielet s-sewwieq għal dan l-istaġun.

Il-Ġermaniż saq għat-tim tliet darbiet fl-istaġun li għadda sakemm kienu għadhom jisimhom Racing Point.

Hulkenberg kien saq fi żmien meta Serio Perez u Lance Stroll kienu ħarġu pożittivi għall-COVID-19.

Rwol ieħor li se jkollu Hulkenberg hu dak li jgħin lill-mekkaniċi ta’ Aston Martin biex ikomplu jiżviluppaw il-magna tal-karozza tagħhom.

 

Miktub minn...
TVM Sport