Formula 1
Formula 1: Pierre Gasly jirbaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Monza fl-Italja

Pierre Gasly rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret illum f’Monza fl-Italja

Din kienet sorpriża kbira għall-isport tal-Formula 1 u għall-kostrutturi Alpha Tauri li wara inċident li kien hemm wara s-27 dawra, lewis Hamilton spiċċa temm it-tellieqa fis-seba’ post wara time penalty.

L-Alpha Tauri sar ir-raba’ tim tal-kostrutturi mill-2013 li rebħu tappa tal-Grand Prix wara l-Mercedes, il-Ferrari u r-Red Bull.

Charles Leclerc fuq karozza Ferrari kellu inċident ikrah li tellef lil Hamilton li sa dak il-ħin kien fl-ewwel post u waħel 30 sekonda penalità.

Wara Gasly fit-tieni post daħal Carlos Sainz fuq McLaren, fit-tielet post Lance Stroll fuq Racing Point.

Valterri Bottas ta’ Mercedes daħal fil-ħames post u Daniel Ricciardo fuq Renault fis-sitt post.

Miktub minn...
TVM Sport