Formula 1
Formula 1: Pole position għal Hamilton fil-Bahrain

Formula 1 – Is-sewwieq Brittaniku Lewis Hamilton għal darb’oħra għeleb l-isfida tar-rivali tiegħu sabiex kiseb it-98 pole position tal-karriera tiegħu. Dan kollu ġara waqt il-Grand Prix li matul dan tmiem il-ġimgħa qed issir fil-Bahrain. Hamilton laħaq il-quċċata fit-tliet sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni sabiex aċċerta ruħu mill-għaxar pole position tas-sena sabiex għadda lill-kollega tal-Mercedes Valtteri Bottas. Fit-tielet pożizzjoni spiċċa Max Verstappen fuq Red Bull filwaqt li mill-istess tim Alexander Albon temm fir-raba’ post. Finalment Sergio Perez fuq Racing Point seta’ jispiċċa biss fil-ħames pożizzjoni.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'