
Formula 1
Formula 1: Posposta l-Grand Prix tal-Awstralja
Ġiet posposta l-Grand Prix li kellha ssir fl-Awstralja għall-istaġun li ġej.
L-ewwel Grand Prix tal-istaġun il-ġdid se tkun qed issir fil-Bahrain.
Il-kalendarju tal-istaġun il-ġdid jibda f’Marzu u jintemm f’Novembru.
Iċ-ċirkwiet ta’ Imola fl-Italja ġie inkluż fil-kalendarju u fih se jsir it-tieni Grand Prix.
B’kollox, fl-istaġun li ġej se jsiru 23 Grand Prix’s differenti.
Il-biljetti tad-dħul għall-Grand Prix tal-Awstralja għad iridu joħorġu għall-bejgħ u l-organizzaturi qalu li qed jagħmlu dan biex ikunu ċerti li meta tinħareġ id-data tibqa’ fissa sal-aħħar.