Formula 1
Formula 1: Raikkonen u Vettel bl-ewwel żewġ postijiet fil-Grand Prix ta’ Monza

Kimi Raikkonen fuq Ferrari se jkun qed jitlaq mill-Pole Position tal-Grand Prix ta’ għada li se ssir f’Monza l-Italja. Raikkonen kellu l-aktar ħin veloċi ta’ 1:19.119.

Sebastian Vettel fuq Ferrari wkoll li qed jaspira li jirbaħ dan il-kampjonat mondjali u li fil-preżent jinsab fit-tieni post 17-il sekonda wara Hamilton se jkun qed jitlaq mit-tieni post.

Lewis Hamilton fuq Mercedes għamel it-tielet l-aħjar ħin u se jkun qed jitlaq wara ż-żewġ karozzi tal-Ferrari.

Vettel deher mhux kuntent li mhux se jkun qed jitlaq mill-ewwel pożizzjoni iżda ma tax spjegazzjoni għala u l-Ferraristi kollha se jkunu qed jisperaw li f’xi ħin jew ieħor, fil-Grand Prix ta’ għada, Vettel jaqbeż fl-ewwel post

Il-karozza l-oħra Mercedes ta’ Valtteri Bottas se tkun qed titlaq mir-raba’ post.

L-ewwel karozza tar-Red Bull se titlaq mill-ħames post u tkun dik ta’ Max Verstappen.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

“Meta tiġi iftħilha l-bieb,” jgħid il-qawl Malti u t-tim tal-Williams żgur li diġa’ qegħdin iħossu pressjoni kbira meta l-istaġun tal-Formula 1 fadallu inqas minn xahar sabiex jibda. Wara sena diżastruża…

Formula 1

It-tim il-ġdid tal-Formula 1,  Racing Point, ilbieraħ nedew il-karozza l-ġdida għall-istaġun 2019 li ser jibda ftit tal-ġimgħat oħra. It-tim, li sal-istaġun li għadda kien jismu Force India, qegħdin jippruvaw jibdew…

Formula 1

  Formula 1: It-team ibbażat fl-Italja t-Toro Rosso sar it-tieni team din is-sena li nieda l-karozza l-ġdida għas-sena 2019. Dan it-team ippreżenta l-karozza l-ġdida STR14 hekk kif il-kampjonat tal-Formula 1…

Formula 1

Fid-dar tal-irkant Artcurial ta’ Pariġi fi Franza, karozza tal-lego ġabet is-somma ta’ €95,300. Din il-karozza mibnija mir-Renault u l-Formula 1 fiha 313,000 bricks tal-lego mdawra ma’ struttura tal-ħadid. Il-karozza tal-lego…

Aktar