Formula 1
Formula 1: Rinovat iċ-ċirkwit ta’ Zandvoort li ser jerġa’ jilqa’ fih Grand Prix

Iċ-ċirkwit ta’ Zandvoort ser jerġa’ jieħu l-ħajja hekk kif f’Mejju ta’ din is-sena ser tirritorna l-Formula 1, f’pajjiż li ilu ma’ jsir Grand Prix fih sa mill-1985. It-track hija xi ftit differenti minn dik li jiftakru d-dilettanti ta’ dan l-isport, bit-tama li Zandvoort ikun wieħed miċ-ċirkwiti li ta’ kull sena jsir fih il-Grand Prix. Mal-mitt ħaddiem ħadmu sabiex irrinovaw it-track bi spiża ta’ €15-il miljun. Iċ-ċirkwit ta’ Zandvoort huwa wieħed partikolari, b’diversi kantunieri li ma jnaqqsux il-veloċità tal-karozzi.

Bejn l-1952 u l-1985 saru b’kollox 30 Grand Prix fuq dan iċ-ċirkwit, imma aktar kemm għadda ż-żmien beda jinħass il-bżonn li t-track tiġi rinovata, imma ħadd ma’ kellu interess partikolari li jidħol għal din l-isfida kbira. F’dawn l-aħħar snin, minn mindu Max Vertsappen beda jikseb is-suċċessi fil-Formula 1, il-passjoni għal dan l-isport kibret fl-Olanda, u fil-fatt huma ħafna l-partitarji tas-sewwieq Olandiż li jsegwuh b’mod speċjali fil-Grand Prixs tal-Belġju u l-Awstrija. Tant il-passjoni kibret, li it-300,000 biljett li nħarġu għall-Grand Prix ta’ Zandvoort diġa’ nbiegħu kollha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
COVID-19 Sports

It-tmexxija tal-Formula 1 qiegħda tikkunsidra li t-tlielaq li ser isiru din is-sena jsiru kollha bil-bibien magħluqa, anke jekk fil-pajjiż ospiti l-imxija tal-coronavirus tkun għaddiet. Wara li l-Grand Prix tal-Awstralja li…

COVID-19 Sports

Hemm possibilità kbira li l-istaġun tal-Formula 1 ma jibdiex qabel Lulju li ġej wara li l-Grand Prix tal-Kanada ġie pospost. It-tellieqa ta’ Montreal kellha ssir il-Ħadd 14 ta’ Ġunju, imma…

Formula 1

Formula 1: It-team tal-William qal li laħaq ftehim mas-sewwieqa tiegħu George Russell u Nicholas Latifi flimkien mal-ogħla membri tal-Management tat-team sabiex dawn ikollhom tnaqqis ta’ 20% fil-pagi tagħhom għal perjodu…

Charles Leclerc tal-Ferrari rebaħ l-ewwel Grand Prix virtwali tiegħu meta l-Ħadd filgħaxija ddebutta bil-kbir. Suppost il-Ħadd 5 t’April kellha ssir it-tellieqa fil-Vietnam, l-ewwel darba li kienet ser issir f’dan il-pajjiż,…

Aktar