Formula 1
F1: Schumacher joħroġ minn koma u jibda jirkupra – martu nefqet €60,000 fil-ġimgħa f’terapiji

Michael Schumacher, il-leġġenda tal-Formula 1 u tal-Ferrari, ħareġ minn koma u beda jirkupra.

L-aħbar madwar id-dinja ħarġet fl-aħħar sigħat u magħha ġabet ferħ u entużjażmu kbir mid-dinja sportiva, b’mod speċjali minn dawk li għalihom is-sewwieq Ġermaiż kien idolu kbir.

Hu stmat li Corinna Betsch, mart Schumacher, nefqet medja ta’ €60,000 fil-ġimgħa għal dawn l-aħħar ħames snin biex salvat il-ħajja ta’ żewġha. Dawn jammontaw għal aktar minn €15,000,000.

Schumacher qed ikompli bit-terapija f’waħda mid-djar tiegħu, f’Lake Geneva, fl-Isvizzera. Madankollu, rapporti oħra jgħidu li għall-aħħar terapiji, il-Ġermaniż se jintbagħat fi klinika, f’Dallas, f’Texas, fl-Istati Uniti.

Schumacher, ta’ 49 sena, ilu ħames snin f’koma, wara inċident gravi li kellu lura fl-2013 fl-Alpi Franċiżi meta tilef il-kontroll tal-iskii tiegħu u baqa’ dieħel fi blat li kien hemm biswiet, bil-konsegwenza li weġġa’ rasu u kważi ħallih bla ħajja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton żied il-vantaġġ li għandu fil-klassifika b’rebħa oħra fil-Grand Prix tal-lum li saret fi Franza. Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva għas-sewwieq Ingliż. Għall-Mercedes din kienet l-10 rebħa konsekuttiva u…

Formula 1

Lewis Hamilton għamel l-aħjar ħin u għada jitlaq mill-Pole Position fil-Grand Prix ta’ Franza. Fil-Grand Prix ta’ għada, il-Mercedes jippruvaw jirbħu l-10 waħda wara l-oħra. Iċ-champion tad-dinja kellu 0.286 sekondi…

Formula 1

Il-mara tal-ex champion tal-Formula 1 Michael Schumacher tkellmet dwar is-saħħa ta’ żewġha u f’kummenti li tat waqt intervista reġgħet xegħlet it-tama li s-sewwieq Ġermaniż jista’ jkun li qiegħed jirkupra tajjeb….

Formula 1

Lewis Hamilton kiseb rebħa oħra biex kompla jsaħħaħ l-ewwel post fil-klassifika tal-Formula 1, liema rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Monaco huwa ddedika liċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-Mercedes Niki Lauda, li miet nhar it-Tnejn…

Aktar