Formula 1
Formula 1 – Sergio Perez għadu qed isib saqajh ma’ Red Bull

Is-sewwieq il-ġdid ta’ Red Bull, il-Messikan Sergio Perez, qal li għadu qiegħed isib saqajh mat-tim il-ġdid tiegħu, ftit ġimgħat qabel jibda staġun ieħor tal-Formula 1. Sergio Perez ser ikun fl-istess tim mal-Olandiż Max Vertsappen, u fl-ewwel intervista uffiċjali li ta lill-midja, qal li kien għadu qed jidra kif jaħdem it-tim, lill-mekkaniċi, kif ukoll lil dawk kollha li kellhom x’jaqsmu mar-Red Bull. Perez qal li wara seba’ snin mal-Force India/Racing Point, ħalla familja warajh, imbagħad f’daqqa waħda tasal bidla, imma qiegħed iħossu komdu ma’ Red Bull.

Fil-karriera tiegħu Sergio Perez rebaħ tellieqa waħda, fl-istaġun li għadda fil-Bahrain, wara li kien beda 190 tellieqa. Għal dan l-istaġun Sergio Perez ħa post Alex Albon ma’ Red Bull, filwaqt li postu issa ħadu l-erba’ darbiet champion Sebastien Vettel.

Fl-2020 Red Bull rebħu żewġt itlielaq permezz ta’ Max Verstappen, u qed jittamaw li permezz ta’ Sergio Perez ikollhom aktar podiums, kif ukoll il-Messikan iwassal lill-Olandiż sabiex jaħdem aktar u jtejjeb il-wirjiet tiegħu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA