Formula 1
Formula 1: Sergio Perez jirbaħ il-Grand Prix ta’ Baku

Sergio Perez ta’ Red Bull rebaħ il-Grand Prix li saret illum f’Baku, fl-Ażerbajġan.

It-tappa tal-lum kienet is-sitt waħda tal-kalendarju ta’ dan l-istaġun.

Sieħbu Max Verstappen, ta’ Red Bull ukoll, li kien fuq quddiem għal ħafna mit-tellieqa, infaqagħlu t-tyre fl-aħħar tliet dawriet u kraxxja.

Iktar kmieni kraxxja wkoll Lance Stroll ta’ Aston Martin.

Lewis Hamilton kien ukoll involut f’inċident mal-ewwel kisra fil-bidu tat-tellieqa.

Wara Perez daħal fit-tieni post Sebastian Vettel fuq Aston Martin biex fit-tielet post daħal Pierre Gasly fuq Alpha Tauri.

L-ewwel karozza tal-Ferrari kienet dik ta’ Charles Leclerc fir-raba’ post, b’Lando Norris ta’ McLaren li daħal fil-ħames post u Fernando Alonso ta’ Alpine fis-sitt post.

Miktub minn...
TVM Sport