Formula 1
Formula 1: Sergio Perez jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

It-tim tal-Formula 1 Racing Point ħabbru li s-sewwieq tagħhom Sergio Perez mhuwiex ser jieħu sehem fil-Grand Prix tal-Ingilterra li ser isir fi tmiem din il-ġimgħa. Perez u xi mekkaniċi mit-tim kellhom imorru f’iżolament wara li l-ewwel testijiet tal-Covid-19 ġew inkonklussivi, biss imbagħad kien determinat li l-Messikan kien pożittiv għall-virus.

Racing Point qalu li Perez huwa l-ewwel sewwieq tal-Formula 1 li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 mindu beda l-istaġun, u fl-Ingilterra postu ser jieħdu wieħed mis-sewwieqa ta’ riserva tat-tim. Perez irriżulta pożittiv minn test li sarlu bħala parti mill-protokoll li bih qed timxi l-Formula 1, fejn kull ħamest ijiem l-individwu jrid jiġi ttestjat għal dan il-virus.

Iċ-chairman Chase Carey kien għamilha ċara qabel beda l-istaġun li ma kenux ser jitħassru tlielaq anke jekk jirriżulta li wieħed mis-sewwieqa huwa pożittiv għall-virus, u għaldaqstant it-tellieqa fi tmiem il-ġimgħa ser issir xorta waħda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Max Verstappen sar l-ewwel sewwieq li mhux tal-Mercedes li rebaħ Grand Prix fl-2020. Is-sewwieq ta’ Red Bull rebaħ fiċ-ċirkwiet ta’ 70th Anniversary u kien segwiet minn Lewis Hamilton u Valtteri…

Formula 1

Formula 1: Il-Finlandiż Valterri Bottas fuq Mercedes se jkun qed jibda mill-ewwel filliera fil-Grand Prix tal-Ħadd li se jerġa’ jsir fiċ-ċikwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Bottas kellu l-aħħar…

International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Formula 1

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku…

Aktar