Formula 1
Formula 1: Toto Wolff jista’ jitlaq lill-Mercedes fl-aħħar tal-istaġun

Għalkemm l-istaġun tal-Formula 1 kellu jiġi pospost minħabba l-imxija tal-coronavirus, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ispekulazzjoni li qiegħda ddawwar ċertu timijiet u sewwieqa f’dan il-mument. Ftit jiem qabel ma ntemm l-istaġun 2019, kienu diġà bdew iduru x-xnigħat li l-kampjonat  2020 kien ser ikun l-aħħar wieħed ta’ Lewis Hamilton mal-Mercedes, bid-destinazzjoni l-ġdida tista’ tkun Maranello. Il-Brittaniku dejjem qata’ l-għatx bil-perżut meta kien hemm min prova jistaqsih dwar il-futur tiegħu, imma kien ta x’jifhem li hu lest jibqa’ mal-Mercedes jekk kemm-il darba Toto Wolff jibqa’ jmexxi lit-tim.

Skont Bernie Ecclestone, dan ser ikun l-aħħar staġun ta’ Toto Wolff mal-Mercedes għaliex mis-sena 2021 huwa ser jingħaqad mat-tim t’Aston Martin bħala CEO. Jekk din l-aħbar żvelata minn Ecclestone hija minnha, allura fil-verità dan jista’ jkun l-aħħar staġun għal Hamilton fuq il-Mercedes. L-istaġun 2020 mhux ser jibda qabel nofs Ġunju wara li fl-aħħar jiem ġie pospost ukoll il-Grand Prix tal-Ażerbajġan li kellu jsir fis-7 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

It-tim tal-Mercedes għen sabiex jitfassal apparat li jgħin pazjenti infettati bil-coronavirus sabiex jieħdu nifs aħjar, u b’hekk ma jkollhomx għalfejn jiddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Il-Mercedes ħadmu flimkien m’inġiniera u mediċi…

Formula 1

Sid-il-kostrutturi ta’ Red Bull, Helmut Marko, daħal f’kontroversja kbira hekk kif f’intervista li ta, ġie kwotat jgħid li s-sewwieqa kollha tiegħu għandhom jimirdu issa biex ikunu b’saħħithom hekk kif jibda…

Formula 1

Il-kampjonat dinji tal-Formula 1 jista’ jtawwal sa Jannar tas-sena d-dieħla. Dan qalu l-Kap tal-Ferrari Mattia Binotto meta mistoqsi kif jista’ jsir biex il-kampjonat għal dan l-istaġun biex ikun salvat. L-ewwel…

Aktar