Formula 1
Formula 1: Valtteri Bottas jitlef l-isponsor personali tiegħu minħabba riżultati xejn sodisfaċenti u għax il-Formula 1 saret ‘għolja wisq’

Is-sena 2019 ma tantx bdiet bit-tajjeb għal Valtteri Bottas għaliex tilef l-isponsor ewlieni tiegħu Wihuri. Dan l-isponsor, immexxi mill-biljunarju Finalndiż Antti Aarnio-Wihuri ser jieqaf milli jissapportja lil Valtteri Bottas minħabba li l-Formula 1 saret tiswa wisq flus. Biss jidher li din mhijiex l-unika raġuni għaliex Aarnio-Wihuri qiegħed jiddeċiedi li jwaqqaf l-isponsor tiegħu lill-kompatrijott Finlandiż, imma hemm ukoll ir-raġuni li Bottas ma ġabx ir-riżultati mistennija fl-2018.

Skont Aarnio-Wihuri, għalkemm il-fatt li ser jitlef dan l-isponsor mhuwiex kollu tort tiegħu, Bottas xorta għandu parti mit-tort għaliex lejn tmiem l-istaġun xorta waħda deher dgħajjef, anke meta Hamilton kien diġa’ ċert li rebaħ il-ħames kampjonat tal-Formula 1 fil-karriera tiegħu. Min-naħa tiegħu, is-sewwieq Valtteri Bottas ilmenta li mhuwiex faċli li tkun fl-istess tim ma’ Lewis Hamilton, għaliex hija ovvja li l-attenzjoni ser tintefa’ fuq il-Brittaniku. L-isponsor Wihuri kien ilu jissapportja lil Bottas sa mill-bidu tal-karriera tiegħu.

Il-maniġer ta’ Valtteri Bottas, Ville Ahtiainen qal li għalkemm tilef dan l-isponsor, dan mhuwiex it-tmiem għall-Finlandiż ta’ 29 sena, u jinsab konvint li fi ftit ġimgħat jirnexxilhom iħabbru sponsor ġdid għal dan is-sewwieq tal-Mercedes.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-mara tal-ex champion tal-Formula 1 Michael Schumacher tkellmet dwar is-saħħa ta’ żewġha u f’kummenti li tat waqt intervista reġgħet xegħlet it-tama li s-sewwieq Ġermaniż jista’ jkun li qiegħed jirkupra tajjeb….

Formula 1

Lewis Hamilton kiseb rebħa oħra biex kompla jsaħħaħ l-ewwel post fil-klassifika tal-Formula 1, liema rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Monaco huwa ddedika liċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-Mercedes Niki Lauda, li miet nhar it-Tnejn…

Formula 1

Lewis Hamilton se jibda mill-pole għall-Grand Prix tal-F1 f’Monaco llum wara li għeleb lil sieħbu tal-Mercedes b’0.086 ta’ sekonda fl-aħħar dawra tal-kwalifiki. Mit-tielet post jitlaq Max Verstappen fuq Red Bull,…

Formula 1

Fi tmiem din il-ġimgħa jsir il-Grand Prix ta’ Monaco fejn huwa mistenni li ser tingħata tislima xierqa mill-organizzaturi u s-sewwieqa lill-ex champion Niki Lauda li ħalla din id-dinja f’din l-istess…

Aktar