Formula 1
Formula 1: Valtteri Bottas l-aktar veloċi fil-provi liberi

Valtteri Bottas kien l-aktar veloċi fil-provi liberi tal-lum li saru fil-Portugall.

Is-sewwieq ta’ Mercedes kellu l-aktar dawra veloċi ta’ minuta u 17-il sekonda punt 94.

Hu kien segwiet bit-tieni l-aqwa ħin minn Max Verstappen ta’ Red Bull Racing u minn Lando Norris fuq karozza McLaren fit-tielet post.

Il-provi tal-lum kienu ddominati minn diversi inċidenti wara li l-karozza Alpha Tauri ta’ Perre Gasly ħadet in-nar, filwaqt li fis-sessjoni ta’ wara rajna xeni inkredibbli bejn Max Verstappen u Lance Stroll li daħlu ġo xulxin mal-ewwel dawra taċ-ċirwkiet.

Miktub minn...
TVM Sport