Formula 1
Formula 1: Valtteri Bottas se jitlaq mill-Pole Position fil-Grand Prix ta’ għada fil-Ġermanja

Valtteri Bottas se jkun qed jitlaq mill-Pole Position fil-Grand Prix ta’ għada tal-Eifel Grand Prix b’sieħbi tat-tim Mercedes Lewis Hamilton li se jkun qed jitlaq minn ħdejh fit-tieni post f’Nuerburgring.

Max Verstappen fuq Red Bull daħal fit-tielet post b’Chalres Leclerc fuq karozza Ferrari fir-raba’ post.

Din se tkun it-tielet pole position ta’ Bottas għall-2020 u l-11 il-waħda minn 11-il tellieqa f’dan l-istaġun għall-Mercedes.

Bottas jinsab 44 punt wara Hamilton fil-klassifika overall li se jkun qed jipprova jirbaħ il-91 Grand Prix tal-karriera.

Il-Ġermaniż Nico Hulkenberg se jkun qed jibdel lil Lance Stroll fil-Grand Prix ta’ għada li jinsab ma jiflaħx.

Miktub minn...
TVM Sport