Formula 1
Formula 1: Vettel jieħu post Perez ma’ Racing Point mill-istaġun li ġej

Il-Messikan Sergio Perez se jkun qed jitlaq lil Racing Point fl-aħħar tal-istaġun.

Din l-aħbar taha s-sewwieq stess u t-tim tiegħu.

L-erba’ darbiet Champion tad-Dinja Sebastian Vettel se jkun qed jieħu postu.

L-aħbar dwar Vettel tawha l-Ferrari wkoll f’Mugello dalgħodu.

Il-Ferrari kien diġà ħabru li post is-sewwieq Ġermaniż se jkun qed jittieħed mill-Ispanjol Carlos Sainz li dan l-istaġun qed isuq mal-McLaren.

Racing Point se jkunu qed jibdlu isimhom għal Aston Martin mis-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport