Formula 1
Formula 1 – Vettel jirbaħ fil-Kanada

Sebstian Vettel u l-Ferrari rebħu l-Grand Prix tal-Kanada li saret ilbieraħ tard filgħaxija biex reġgħu ħadu l-vantaġġ f’ras il-klassifika mingħand Lewis Hamilton u l-Mercedes b’punt vantaġġ.

Ir-rebħa, mill-pole position, kienet il-50 waħda fil-karriera tal-Ġermaniż u t-tielet waħda tal-istaġun. Għall-Ferrari, din kienet l-ewwel rebħa fil-Kanada wara Michael Schumacher fl-2004.

Is-sewwieq Finlandiż Valtteri Bottas tal-Mercedes spiċċa fit-tieni post bl-Olandiż Max Verstappen tar-Red Bull fit-tielet post. Lewis Hamilton kellu jikkuntenta bil-ħames post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula 1: Illum ħarġet l-aħbar li s-sewwieq tal-F1 l-Messikan Sergio Perez se jkun qed jibqa’ mal-Force India anke matul l-istaġun 2019. Din l-aħbar kienet ikkonfermata wkoll mit-team stess hekk kif skond…

Formula 1

L-erba’ darbiet ċampjin tal-Formula 1 Lewis Hamilton, fi tmiem din il-ġimgħa jista’ jagħmilhom ħamsa fl-Istati Uniti, fuq iċ-ċirkwit t’Austin. Il-Brittaniku jinsab ftit punti ‘l bogħod milli jilħaq ir-rekord tal-Arġentin Juan…

Formula 1

Skont is-sewwieq Fernando Alonso, id-dinja xejn mhija impressjonata b’dak li qiegħed jiġri fil-Formula 1, u hemm bżonn li ċertu strateġiji jerġgħu jiddaħħlu sabiex jagħmlu dan l-isport aktar interessanti. Alonso ser…

Formula 1

S’issa ma kienx staġun faċli għal Daniel Ricciardo tar-Red Bull. Mhux biss l-Awstraljan qiegħed ibati sabiex jikseb ftit punti mhux ħażin, imma spiċċa qiesu t-tieni sewwieq tat-tim wara li sieħbu…

Aktar