Formula 1
Formula 1: Vettel jirbaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone

Is-sewwieq tal-Ferrari Sebastian Vettel kompla jkabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika meta rnexxielu jirbaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone fl-Ingilterra u b’hekk rebaħ ukoll l-isfida tac-champion preżenti Lewis Hamilton li kien qed itellaq f’pajjizu.
Kienet tellieqa kumbattuta fejn daħlet darbtejn is-safety Car. Hamilton intlaqat minn Raikonen tal-Ferrari fl-ewwel dawra u minkejja dan kollu xorta rnexxielu jidħol fit-tieni post.

Vallteri Bottas bil-karozza Mercedes kellu l-kmand tat-tellieqa b’ħames dawriet mit-tmiem, iżda minħabba li baqa fit-tellieqa bl-istess tyres ma rnexxielux jibqa fuq quddiem u faċilment inqabeż minn Vettel, Hamilton u Raikonen. Fil-ħames daħal l-Awstralja Daniel Ricciardo, mhux l-istess sieħbu l-Olandiż Max Verstappen li spiċċa fit-trab meta kien segwit mill-viċin l-istess sewwieq.
Vettel kellu ħruġ veloċi u mhux ta’ b’xejn il-Mercedes kienu mbezza mill-qawwa tal-karozza taljana. Vettel mill-ewwel qabeż il-Hamilton u minkejja li l-karozza ta’ dan intlaqtet minn Raikonen u spiċċa fl-aħħar xorta għamel tellieqa mill-aqwa u beda jwettaq ħin aħjar minn tal-leader Vettel. Raikonen kien ikkastigat 10 sekondi għad-danni li kkawża lil Hamilton.

Minkejja l-Ferrari u r-Red Bull daħlu l-karozzi tagħħom fil-pit stop, il-Mercedes iddeċidew li jibgħu fil-tellieqa bl-istess tyres .
Lejn l-aħħar reġgħet daħlet is-safety car meta Grosjean u Carlos Sainz tefgħu lil Ħaas u l-karozzi Renault fil-ħajt.
B’hekk l-aħħar għaxar dawriet bis-saħħa tas-safety car kienu dawriet intensi għall-aħħar. Ħames dawriet mill-aħħar, Vettel mar fuq quddiem meta Bottas deher ma seta jagħmel xejn aktar bit-tyres kwazi maħruqin. Ħamilton irnexxielu jidħol fit-tieni post b’Raikonen jikkuntenta bit-tielet post. Fir-4 post Valteri Bottas, 5 post Daniel Ricciardo u Nico Hulkenberg fis-sitt post b’karozza Renault.

Fil-klassifika generali Vettel isaħħaħ post fl-ewwl post b171 punt

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skond rapporti fil-media l-ex sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher iddaħħal fi Sptar f’Pariġi dan sabiex isirlu trattament mediku sigriet. Schumacher li għalaq 50 sena fit-3 ta’ Jannar ilu ma’ jidher…

Formula 1

F1: Is-sewwieq żagħżugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc paxxa lill-ferraristi bl-ewwel rebħa tal-kampjonat 2019 hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fi Spa Francochamps. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa fil-karriera għas-sewwieq…

Formula 1

Charles Leclerc ser jibda mill-pole position fil-Grand Prix t’għada fi Spa Francorchamps dan wara lil sieħbu Sebastian Vettel 0.738 sekondi li ser jibda mit-tieni post. Mit-tielet posizzjoni ser jibda l-Brittaniku…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Aktar