Formula 1
Formula 1: Wara li kien pospost issa jiġi kanċellat il-Grand Prix tal-Olanda f’Zandvoort

Deċiżjoni iebsa dik taċ-Ċirkwit ta’ Zandvoort fl-Olanda hekk kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-Grand Prix ta’ din is-sena jkun kanċellat. Oriġinalment bil-kriżi li ġabet magħha l-Pandemija tal-COVID-19, Liberty Media u l-organizaturi Olandiżi kienu qablu li l-Grand Prix li kien skedat għat-3 ta’ Mejju jkun pospost għal data iktar ‘il quddiem iżda issa ħarġet il-konferma li Zandvoort ma jixtiequx Grand Prix mingħajr spettaturi.

Il-Formula 1 kien se jirritorna fl-Olanda wara nuqqas ta’ 35 sena.

Jan Lammers Direttur tal-Grand Prix tal-Olanda qal li jippreferi li jara r-ritorn tal-F1 f’Zandvoort fis-sena 2021 bil-partitarji milli jsir il-Grand Prix ta’ din is-sena bi stands vojta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-istaġun tal-Formula 1, is-sewwieqa jidher li qed jiftehmu bejniethom dwar x’tip ta’ azzjoni għandhom jagħmlu biex jibgħatu messaġġ kontra r-razziżmu. Is-sewwieq tal-McLaren Lando Norris…

Formula 1

Fil-Formula 1 kollox lest sabiex sa fl-aħħar jiżannżu l-magni dan l-istaġun bil-ftuħ tal-kampjonat 2020. Fi tmiem il-ġimgħa jsir l-ewwel Grand Prix fl-Awstrija fir-Red Bull Ring li se jkun qed jospita…

Formula 1

Is-sewwieq tal-Formula 1 Lewis Hamilton, attenda l-protesta li organizza l-grupp tal-Black Lives Matter, u li saret f’Hyde Park, f’Londra, ilbieraħ. Hamilton ta parir lil min qed imexxi l-grupp biex jibqgħu…

Formula 1

Charles Leclerc beda bit-testijiet tal-karozza l-ġdida fit-toroq ta’ Maranello bi preparazzjoni għall-istaġun il-ġdid tal-Formula 1. Il-karozza se tkun l-istess waħda li Leclerc se jsuq fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun fl-Awstrija, ġimgħatejn…

Aktar