Oħrajn
Formula 2: Mick Schumacher viċin it-titlu

Mick Schumacher jista’ jirbaħ il-kampjonat mondjali tal-Formula 2 fi tmiem il-ġimgħa li ġejja.

Jekk iseħħ dan it-trijonf ikun ifisser pass kbir ta’ ġgant ‘il quddiem għall-Ġermaniż biex isegwi l-passi ta’ missieru fil-Formula 1.

Ta’ 21 sena, Mich Schumacher għandu 22 punt vantaġġ f’ras il-klassifika tal-Formula 2 meta fadal żewġ Grand Prix’s x’jinstaqu li t-tnejn se jsiru fil-Bahrain.

F’dan l-istaġun, Mick Schumacher kellu għaxar podjums mat-tim tiegħu Prema Power.

Miktub minn...
TVM Sport