
Is-sewwieqa Ġermaniza tal-Formula 3, Sophia Floersch, weġġgħet serjament ix-xewka ta’ dahrha wara inċident ikrah waqt il-Grand Prix famuż ta’ Macau. Is-sewwieqa tat-tim Van Amersfoort, tilfet il-kontroll tal-karozza hi u diehla f’lijwa u spiċċat kontra ħajt b’veloċità sostnuta, liema ħajt solitament jintasbu il-fotografi biex jiġbdu r-ritratti tal-protagonisti.
Fl-inċident hija baqgħet dieħla fis-sewwieq Ġappuniż Sho Tsuboi, li jidher li qed isofri minn uġigħ f’dahru kawża tad-daqqa li qala’. L-organizzaturi tat-tellieqa kkonfermaw li żewġ fotografi u anke marshaller ittieħdu l-isptar għall-kura kawża tal-inċident.
Permezz ta’ tweet, is-sewwieqa Floersch qalet li hija tinsab f’kundizzjoni stabbli, biss dalgħodu ser tiġi operata f’dahrha minħabba xi ksur fix-xewka ta’ dahrha.
“Meta tiġi iftħilha l-bieb,” jgħid il-qawl Malti u t-tim tal-Williams żgur li diġa’ qegħdin iħossu pressjoni kbira meta l-istaġun tal-Formula 1 fadallu inqas minn xahar sabiex jibda. Wara sena diżastruża…
It-tim il-ġdid tal-Formula 1, Racing Point, ilbieraħ nedew il-karozza l-ġdida għall-istaġun 2019 li ser jibda ftit tal-ġimgħat oħra. It-tim, li sal-istaġun li għadda kien jismu Force India, qegħdin jippruvaw jibdew…
Formula 1: It-team ibbażat fl-Italja t-Toro Rosso sar it-tieni team din is-sena li nieda l-karozza l-ġdida għas-sena 2019. Dan it-team ippreżenta l-karozza l-ġdida STR14 hekk kif il-kampjonat tal-Formula 1…
Fid-dar tal-irkant Artcurial ta’ Pariġi fi Franza, karozza tal-lego ġabet is-somma ta’ €95,300. Din il-karozza mibnija mir-Renault u l-Formula 1 fiha 313,000 bricks tal-lego mdawra ma’ struttura tal-ħadid. Il-karozza tal-lego…