Formula 4: Jirritorna Keith Camilleri

Id-driver Malti Keith Camilleri se jkun qed jirritorna fl-azzjoni fil-kampjonat tal-Formula erba’ fil-Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa ta’ Vallelunga fl-Italja.

Camilleri u t-team tiegħu kienu ddeċidew li jaqbżu l-aħħar Gran Prix li kien sar f’Maggione minħabba diversi raġunijiet fosthom finanzjarji. Raġuni oħra għaliex Camilleri ma kienx ħa sehem f’Maggione kienet sabiex iż-żagħżugħ Malti jkollu iktar ħin jipprepara għal dan il-Gran Prix tal-Ħadd li ġej minħabba li skond l-istess driver u ċirkwiet iktar adattat għalih.

It-Team ta’ Camilleri: Malta Formula Racing huwa mmexxi min Danilo Rossi, Marco Ubaldi u Roberto Venieri. Camilleri jsuq fl-istess team mal-Amerikan Zackary Dante.

Il-program speċjali mill-Gran Prix ta’ Vallelunga jixxandar fuq TVM2 nhar il-Ħadd fis-6pm eżatt wara l-logħba diretta tal-kampjonat Bov Premier.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Ftit jiem qabel ma jibda l-Open ta’ Franza magħruf aħjar bħala r-Roland Garros, l-Ispanjol Rafael Nadal stqarr li mhux ser ikollu tournament faċli sabiex iwettaq il-ħolma tiegħu li jirbaħ dan…

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni Play-offs L-Ewwel Logħba – Semifinali Fl-ewwel logħba mis-semifinali tal-play-offs tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, Marsaskala Fish n Fish għelbu lil Marsaxlokk Browns 10-4. Marsaskala kienu aħjar mill-avversarji…

Minkejja iċ-ċikostanzi li ninsabu fihom, kollox jinsab lest biex issir il-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Ir-Rolex Middle Sea Race se tkun qed titlaq mill-Port il-Kbir tal-Belt Valletta u minkejja…

Aktar