Formula 4: Keith Camilleri jgħid li kien ippreparat bl-aħjar mod

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Is-sewweiq Malti Keith Camilleri li qed jipparteċipa għall-ewwel darba fil-Kampjonat taljan tal-Formula erba stqarr li fl-aħħar Grand Prix li sar f’Vallelunga kienet biss l-isfortuna li żammietu mill-jispiċċa f’pożizzjonijiet iktar ‘il qudiem fil-klassifika finali.

Il-Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda tal-Formula 4  fiċ-Ċirkwiet ta’ Vallelunga kien iffiser ir-ritorn ta’ Keith Camilleri f’dan il-kampjonat wara li kien qabeż il-GP ta’ Magione.

Dan il-Kampjonat qed jara li Camilleri jikseb esperjenza kbira in vista tal-futur tiegħu bħala sewwieq fix-xena tal-motor sport internazzjonali. Fi kliem Camilleri il-GP ta’ Vallellunga kien l-iktar wieħed li hu ħassu preparat u komdu għalih.

Camilleri rreġistra l-10 post fl-ewwel tiġrija sabiex telaq mill-Pole fit-tieni tiġrija bis-sistema tal-Formula 4 iżda minn żball sfortunat spiċċa inqabeż mill-karozzi kollha.

Eventwalment Keith camilleri spiċċa fit-13 -il post fit-tieni tiġrija u l-11 -il post fl-aħħar tiġrija.

Jekk jippermettu l-finanzi u l-isposnors iżommu mal-wegħda tagħhom mat-team Malta Formula Racing Camilleri jerġa jkun fl-azzjoni fil-GP li jmiss f’Monza fid-29 ta’ Settembru bl-aħħar GP ikun dak ta’ Imola f’Ottubru

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Aktar