Formula E: Felipe Massa jipprepara għall-kampjonat b’tellieqa ma’ falkun

Is-sewwieq eks Formula 1, Felipe Massa, beda jipprepara għall-Formula E kontra falkun peregrine, l-aktar għasfur veloċi fid-dinja. Dawn il-falkuni jistgħu jlaħħqu veloċità ta’ 350km/h, u allura dan kien test iebes għall-Brażiljan, f’tellieqa li saret fid-deżert tal-Arabja Sawdija.

Mal-karozza tal-Formula E kien hemm imqabbad speċi t’għasfur li serva bħala lixka sabiex il-falkun ikollu għalxiex isegwi l-karozza, u fil-fatt Massa rnexxielu jasal fit-tmiem tat-tellieqa eżatt qabel mal-falkun laħħaq mal-karozza.

L-istaġun il-ġdid tal-Formula E ser jibda s-Sibt li ġej fuq iċ-ċirkwit t’Ad Diriyah, fl-Arabja Sawdija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kevin Tulimieri, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans FC, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2019/20. Dan ifisser li l-plejer Taljan minn Napli se jkun qed jilbes il-flokk tal-Ispartans għal…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid….

Futbol lokali

Marsa FC jinsabu għaddejjin minn turbolenzi kbar fil-klabb tagħhom minħabba l-fatt li fl-aħħar sigħat, disgħa minn 11-il membru li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat tagħhom, irriżenjaw minħabba diżgwied mal-President Twanny Mercieca….

Futbol lokali

Qormi Hotspurs serqu x-xena f’din is-sitt ġurnata tal-kampjonat tal-MAFA tal-Ewwel Diviżjoni meta b’gowl uniku skorjat lejn l-aħħar parti tal-logħba huma għelbu lil-liders Versity AFC. Minnufih approfittaw ruħhom Senglea Gunners li…

Aktar