Motorsport
Formula E: Il-Portugiż Antonio Felix da Costa jirbaħ il-kampjonat dinji

Il-Portugiż Antonio Felix da Costa rebaħ il-kampjonat dinji anki jekk fadal żewġ rawnds x’jinstaqu.

Da Costa spiċċa fit-tieni post fir-raba’ tellieqa tas-sitt staġun tal-Formula E fiċ-ċirkwiet ta’ Tempelhof fil-Ġermanja.

Is-sewwieq ta’ DS Techeetah rebaħ dan it-titlu li kien taċ-champion renjanti, il-Franċiż Jean-Eric Vergne.

Il-kostrutturi DS Techeetah rebħu wkoll it-titlu tal-kostrutturi.

Da Costa ta’ 28 sena, ilu jikkompeti fil-Formula E sa mill-ewwel staġun fl-2014/15.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar