Motorsport
Formula E: Jibda l-ittestjar għall-istaġun li ġej

F’Valencia, fuq iċ-ċirkwit Ricardo Tormo, bdew it-testijiet fuq il-karozzi tal-Formula E. Jidher li l-istaġun 2019/20 mistenni li jkun l-aktar wieħed kompetittiv s’issa, bit-timijiet ta’ TAG Heuer Porsche FE u Mercedes-Benz EQ ser jiddebuttaw matul dan l-istaġun.

Fit-testijiet li saru t-Tlieta, Sam Bird fuq Envision Virgin Racing għamel l-aktar lap veloċi f’ħin ta’ minuta, 15.570 sekondi, u t-tieni l-aħjar ħin għamlu Max Guenther fuq BMW i Andretti Motorsport.

L-ewwel tellieqa tal-Formula E ser issir fit-22 ta’ Novembru f’Diriyah, l-Arabja Sawdija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Motorsport

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2019/2020. Dan il-kampjonat issapportjat ukoll min diversi sidien ta’ barrieri madwar Malta u Għawdex ikun mifrux fuq sitt attivitajiet li ħames…

Motorsport

Is-Sibt 9 ta Novembru ġewwa il-Badger Karting f’Ta’ Qali ġiet organizzata il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta. F’atmosfera familjari, il-kompetituri li kkompetew fil-kampjonat attendew din il-preżentazzjoni li ġiet indirazzata mill-President tal-klabb…

Motorsport

Għada l-Ħadd, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija…

Aktar