Sports Internazzjonali
Formula E: Jitnieda l-film “And We Go Green”

L-attur Leonardo DiCaprio ‘rebaħ’ il-pole position fuq it-tapit l-aħmar meta attenda għat-tnedija tal-film “And We Go Green.” Dan il-film huwa produzzjoni tal-istess DiCaprio, Fisher Stevens u Malcolm Venville u jitratta staġun tal-Formula E.

Avolja fil-film hemm diversi tlielaq bil-karozzi elettriċi, Leonardo Di Caprio ma tħalliex isuq waħda mill-karozzi, bis-CEO tal-Formula E Alejandro Agag jgħid li jekk l-attur Amerikan jixtieq karozza, ituh waħda biex iżommha għall-kollezzjoni imma mhux biex isuqha.

Bil-mod il-mod, il-kompetizzjoni tal-Formula E qiegħda tikber fil-popolarità u l-interess fit-tlielaq qiegħed jiżdied ma’ kull staġun li jgħaddi. Fil-fatt, anke l-ex kap tal-Formula 1 Bernie Ecclestone, fl-aħħar ġimgħat qal li, li kieku kellu jieħu deċiżjoni fil-preżent, jippreferi jkun parteċipi fil-Formula E milli fil-Formula 1.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il-belt Taljana Milan rebħet il-bid biex tospita dawn il-Logħob. Il-Logħob Olimpiku se jiġu osptati fis-resort Cortina d’Ampezzo. Id-deċiżjoni mill-Kumitat Olimpiku internazzjonali ttieħdet illum għal ħabta tas-18.00. Milan għelbet lill-belt kapitali…

Sports Internazzjonali

Il-Brażiljan Filipe Toledo u l-Awstraljana Sally Fitzgibbons rebħu l-kategoriji tagħhom fil-World Surf League li sar f’Rio, il-Brażil. Għal Toledo ma kenitx diffiċli li jegħleb l-isfida ta’ Jordy Smith mill-Afrika t’Isfel…

Sports Internazzjonali

Il-pjazza Place de la Concorde, fiċ-ċentru ta’ Pariġi, dalgħodu ddawret f’post atletiku b’courts, trakki u skate park f’dik li ssejħet Olympic Day. F’din it-tielet edizzjoni tal-Olympic Day, il-Parġini bdew ifakkru…

Formula 1

Lewis Hamilton żied il-vantaġġ li għandu fil-klassifika b’rebħa oħra fil-Grand Prix tal-lum li saret fi Franza. Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva għas-sewwieq Ingliż. Għall-Mercedes din kienet l-10 rebħa konsekuttiva u…

Aktar