Motorsport
Formula E: L-Ingliż Oliver Rowland jieħu l-ewwel rebħa u jitla’ fit-tieni post tal-klassifika overall

L-Ingliż Oliver Rowland ħa l-ewwel rebħa tiegħu biex tela’ fit-tieni post tal-klassifika overall meta issa fadal Grand Prix waħda x’tinstaq f’Berlin.

Is-sewwieq ta’ 28 sena ta’ Nissan kien qed isuq fl-24 tellieqa tiegħu u beda fuq quddiem mill-pole position fiċ-ċirkwiet ta’ Tempelhof u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar.

Fit-tieni post daħal Robin Frihns, is-sewwieq ta’ Envision Virgin Racing.

Is-sewwieq Rene Rast daħal fit-tielet post fil-ħames tellieqa tiegħu li kkompeta fil-karriera fuq karozza Audi.

Il-kampjonat mondjali tal-Formula E diġà ntrebaħ minn Felix da Costa, is-sewwieq ta’ DS Techeetah fil-jiem li għaddew.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar