Motorsport
Formula E: L-istaġun jibda f’Jannar miċ-Ċili

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’.

L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar.

Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju.

Il-line up tal-kalendarju kien approvat mill-Kunsill tal-World Motor Sport, l-FIA u tinkludi fiha t-tappi ta’ Monaco u New York.

Dan l-istaġun kien sospiż f’Marzu li għadda minħabba l-coronavirus u se jkun qed jitlesta b’sitt itlielaq fuq disat ijiem, f’Berlin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Virtual Sports

Mil-lejla paġna ġdida fl-istorja tal-motorsport diġitali hawn Malta bl-ewwel xandira diretta ta’ tellieqa virtwali tal-karozzi GT għal sewwieqa lokali. Tlettax-il sewwieq se jiffaċċjaw lil xulxin fuq it-trakka virtwali ta’ Spa…

Aktar