Motorsport
Formula E: Maximilian Guenther jirbaħ l-ewwel rawnd tar-“Race at Home Challenge”

Maximilian Guenther rebaħ l-ewwel rawnd tal-Formula E tar-“Race at Home Challenge”.

Is-sewwieq tal-BMWi temm fl-ewwel post tat-tellieqa virtwali li saret fiċ-ċirkwit ta’ Hong Kong.

It-tlielaq virtwali tal-Formula E qed jagħtu lill-partitarji madwar id-dinja ftit entużjażmu fi żmien meta l-isport jinsab wieqaf kullimkien.

Dan kien it-tieni suċċess konsekuttiv tas-sewwieq Ġermaniż ta’ 22 sena wara li l-ġimgħa li għaddiet rebaħ tellieqa oħra virtwali fit-toroq ta’ Monaco.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-McLaren Group ħabbru li ser inaqqsu mal-1,200 impjieg bil-proposti l-ġodda ta’ ristrutturar fil-kumpanija. Dan ir-ristrutturar ser isir biex jiġġieled l-impatt tal-imxija tal-Covid-19, bil-McLaren mal-ewwel kienu ħabbru li ser tkun diffiċli…

Motorsport

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva saru t-tlielaq tan-NASCAR, filwaqt li l-Formula 1 u l-IndyCar għadhom jittewwbu u jistennew sabiex jibdew l-istaġuni tagħhom. F’Darlington saru żewġ itlielaq relatati mat-tazza kif ukoll tlielaq oħra,…

Motorsport

Wara xahrejn mingħajr ma jsuqu mutur, l-aħwa Marc u Alex Marquez irritornaw fis-Circuit El Bosquet, f’Ponts fi Spanja sabiex jibdew jitħarrġu għall-istaġun il-ġdid tal-Moto GP li mistenni jibda f’Lulju. Wara…

Motorsport

L-organizzaturi ta’ le Mans qed jippjanaw biex jorganizzaw l-ikbar tellieqa virtwali fid-dinja tal-endurance f’Ġunju li ġej wara li ġew sfurzati jipposponu l-edizzjoni reali ta’ din is-sena għal Settembru minħabba l-COVID-19….

Aktar