Formula 1
Formula1: Il-Grand Prix ta’ Shanghai tista’ tiġi sospiża jew titmexxa minħabba l-coronavirus

L-Awtoritajiet tal-isport f’Shanghai rrikomandaw is-sospensjoni tal-attivitajiet sportivi kollha tal-pajjiż minħabba l-marda tal-coronavirus.

L-awtoritajiet komplew jitfgħu aktar dubji dwar il-Grand Prix fiċ-Ċina u jekk jaqbilx li ssir jew le.

Ir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1, skjedata fid-19 ta’ Arpil, se tkun qed tiġi diskussa għandix issir jew le mill-organizzaturi tal-Formula 1 u wisq probabbli titneħħa minn fuq il-kalendarju jew tkun skjedata għal data oħra.

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Ġenerali f’Shanghai, tagħt struzzjonijiet biex jiġu sospiżi l-attivitajiet sportivi tal-pajjiż sakemm it-theddida tal-coronavirus li hawn imxerred tiġi fi tmiemha.

Iċ-Ċina qalet li 65 persuna oħra mietu minħabba l-virus matul il-ġurnata tal-bieraħ biex it-total tal-imwiet issa telgħa għal 490.

It-tellieqa tal-Formula E li kellha ssir f’Sanya x-xahar id-dieħel diġà ġiet abbandunata.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
COVID-19 Sports

It-tmexxija tal-Formula 1 qiegħda tikkunsidra li t-tlielaq li ser isiru din is-sena jsiru kollha bil-bibien magħluqa, anke jekk fil-pajjiż ospiti l-imxija tal-coronavirus tkun għaddiet. Wara li l-Grand Prix tal-Awstralja li…

COVID-19 Sports

Hemm possibilità kbira li l-istaġun tal-Formula 1 ma jibdiex qabel Lulju li ġej wara li l-Grand Prix tal-Kanada ġie pospost. It-tellieqa ta’ Montreal kellha ssir il-Ħadd 14 ta’ Ġunju, imma…

Formula 1

Formula 1: It-team tal-William qal li laħaq ftehim mas-sewwieqa tiegħu George Russell u Nicholas Latifi flimkien mal-ogħla membri tal-Management tat-team sabiex dawn ikollhom tnaqqis ta’ 20% fil-pagi tagħhom għal perjodu…

Charles Leclerc tal-Ferrari rebaħ l-ewwel Grand Prix virtwali tiegħu meta l-Ħadd filgħaxija ddebutta bil-kbir. Suppost il-Ħadd 5 t’April kellha ssir it-tellieqa fil-Vietnam, l-ewwel darba li kienet ser issir f’dan il-pajjiż,…

Aktar