Oħrajn
Fortnite: Żagħżugħ jirbaħ tliet miljun dollaru

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite.

Giersdor li għandu 16 il-sena, minn Pennsylvania, kien wieħed minn aktar minn mitt persuna li kkompetew għal somma globali bħala flus mgħotija ta’ tletin miljun dollaru. Giersdorf li kien qed jilgħab taħt l-isem ‘Bugha’ rebaħ billi kiseb 59 punt, 26 punt aktar mit-tieni klassifikat ‘Psalm’.

Id-dħul globali mill-kompetizzjonjiet online matul din is-sena mistenni jaqbeż il-1.1 miljun dollaru Amerikan, żieda ta’ 27 fil-mija fuq is-sena li għaddiet. Dan minħabba żieda qawwija mir-reklamar, sponsorships u drittijiet televiżivi.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Oħrajn

L-iżfin tal-breakdance jista’ jsir parti mill-isport Olimpiku u se jidħol fis-seħħ mill-edizzjoni ta’ Pariġi 2024. L-organizzaturi kkonfermaw li l-breakdance hu fost erba’ sports oħra li l-organizzaturi se jkunu qed jipproponu…

Aktar