Futbol internazzjonali
F’Pariġi: Stade de France jinfetaħ għat-tilqim tal-COVID-19

Stade de France infetaħ għat-tilqim tal-COVID-19.

L-għan aħħari tal-Gvern Franċiż hu biex iħaffef kemm jista’ jkun il-proċess tal-persuni li jridu jieħdu l-vaċċin kemm jista jkun malajr.

Skont l-Awtoritajiet tas-Saħħa, Stade de France huwa ideali biex jgħin biex il-ħajja terġa’ lura għan-normal.

Għal diversi xhur, il-Gvern Franċiż irreżista pressjoni biex isejjaħ lockdown nazzjonali qabel ma kellu jsejjaħ diversi miżuri stretti.

Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż Olivier Veran, qal li Franza se tkun qed timxi fuq l-eżempju tal-Istati Uniti u l-Ingilterra u possibbilment se tuża postijiet kbar bħal Stade de France biex ikunu jistgħu jitlaqqmu aktar persuni malajr.

Miktub minn...
TVM Sport