Sport Lokali
Open tal-Awstralja: Francesca Curmi tgħaddi għat-tieni round tal-Junior Doubles

Francesca Curmi rnexxielha tgħaddi għat-tieni rawnd tal-kategorija Juniors Women’s Doubles tal-Open tal-Awstralja meta flimkien mal- Franċiża Loudmilla Bencheikh huma għelbu l-isfida ta’ Amber Marshall u Annerly Poulos 2-6 / 6-4 / 10-8. Għal Curmi din kienet rebħa li fiha sinifikat liema bħalu anke fid-dawl tal- fatt li fis-singles hija kienet maqlugħa mill-istess Poulos 6-1 / 0-6 / 6-2/

Aktar kmieni Helene Pellicano kienet eleminata mill-kategorija tas-Singles meta kienet megħluba mill- Ungeriża Adrienn Nagy 6-3 / 6-1/ Għal kronaka tajjeb wieħed jgħid li Nagy hija in-numru 26 fid-dinja u is-seed Numru 11 fl-Australian Open. Pellicano issa terġa tkun fl-azzjoni tul il-ġurnata tat-Tnejn meta fid-doubles se tkun qed tilgħab flimkien mal- Ispanjola Marta Custic kontra il- Kanadiża Leylah Annie Fernandez u l-Amerikana Sasha Wood.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

Illum issir id-59 edizzjoni tal-Isport Malta Awards, Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fost il-kategoriji li se jkunu premjati hemm l-Isportiv u l-Isportiva tas-sena, iż-żagħżugħ u ż-żagħżugħa tas-sena, il-kowċ, l-uffiċjal u t-tim tas-sena….

Table Football

Il-Ħadd li għadda intlagħbet iċ-Challenge Cup bejn Massimo Cremona u Charlie Aquilina. Kienet logħba akkanita li spiċċat bl-iskor ta’ 2-2. Wara l-ħin suplementari r-riżultat baqa’ l-istess u b’hekk il-logħba ġiet…

Ċikliżmu

It-Tour De France 2021 se tibda f’Copenhagen biex id-Danimarka se jkun l-10 pajjiż tan-naħa ta’ fuq tal-Ewropa fl-Istorja li se jospita il-Grand Depart. Il-Prim Ministru tad-Danimarka Lars Lokke Rasmussen wera…

Aktar