Sports Internazzjonali
Francesco De La Cruz u l-Perù jirbħu l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Bżieżaq

It-Tazza tad-Dinja tal-Bżieżaq saret għall-ewwel darba f’park f’Tarragona, fi Spanja. Kienu l-kummentatur Ibai Llanos u l-plejer ta’ Barcelona Gerard Pique li organizzaw din l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Bżieżaq.

L-idea żviluppat fl-Istati Uniti minn tliet aħwa minn Oregon, Antonio, Diego u Isabel Arredondo. Huma bdew jitfgħu videos fuq Tik Tok u Instagram li spiċċaw jarawhom miljuni ta’ nies.

B’kollox ħadu sehem 32 pajjiż, f’kompetizzjoni fejn il-parteċipanti riedu jagħmlu ċert li l-bużżieqa tagħhom tmiss mal-art qabel imissha xi avversarju ieħor.

Iż-żagħżugħ Francesco De La Cruz mill-Perù sar l-ewwel persuna li rebaħ it-Tazza tad-Dinja, fl-età ta’ 18-il sena. Fil-finali għeleb lill-Ġermaniż Jan Spiess, f’finali li damet sejra ħames minuti u li De La Cruz rebaħ 6-2.

L-Ispanjol Jan Franquesa temm fit-tielet post. L-uniku mara li ħadet sehem fit-turnew kienet ir-Russa Yana Rudenko.

Il-logħob sar f’court b’ostakoli differenti, u fil-finali saħansitra kien hemm karozza li serviet bħala ostakolu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA