Futbol internazzjonali
Francesco Totti b’appell fil-media soċjali biex isib l-arloġġ Rolex li tilef

Francesco Totti, il-leġġenda ta’ Roma u tal-futbol Taljan, għamel appell fuq il-media soċjali biex jipprova jsib l-arloġġ Rolex li tilef fit-toroq ta’ Ruma.

Il-media fl-Italja qed jirrapurtaw bħala xi ħaġa stramba ħafna li plejer tal-profil ta’ Totti jrid isib xi ħaġa li tilef.

Iżda l-appell ma sarx għalxejn. Totti qal li jixtieq isib dan l-arloġġ għax fih ħafna stejjer sentimentali u memorji ta’ martu Ilary Blasi.

Totti qal li l-arloġġ li tilef hu tat-tip Daytona, bi djamant fih u maċ-ċinga għandu żewġ ittri ‘C’, għal uliedu Cristian u Chanel.

Francesco Totti, saħansitra kiteb numru tat-telefon fejn wieħed għandu jċempillu jekk isib dan l-arloġġ u li kien lest imur għalih hu personali u li tiegħu kien se jagħti kumpens tajjeb.

Jekk qed tgħix Ruma u tara dan l-arloġġ mal-art, ftakar li mhu ħadd ħlief tal-aktar persuna popolari fil-belt kapitali Taljana.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar